Riżultati tajba jfissru aktar responsabbiltà – Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pensjonanti ħassew sew iż-żieda fil-pensjonijet li ngħatat fil-baġit li għadda. Qal li dawn iż-żidiet setgħu jingħataw minħabba li l-imgħaxxijiet li kienu qed jitħallsu issa naqsu u l-flus qed imorru fil-but tan-nies. Huwa rrefera għar-riżultati tal-istħarriġ tal-Eurobarometer u qal li dawn juru fiduċja li l-poplu għandu fil-gvern u li t-titjib fl-ekonomija qed jinħass. Muscat qal li l-istħarriġ iqiegħed ukoll responsabbiltà akbar fuq spallejn il-gvern minħabba li l-aspettattivi tal-poplu issa jiżdiedu.

Il-Prim Ministru qal li s-suċċess qed jinħass f’ Għawdex ukoll. Huwa qal li l-Ġimgħa li għaddiet kienet waħda sabiħa għax f’Għawdex ġie nawgurat ċ-ċentru tal-anatomija.  Il-laboratorju li nbena minn Steward qed jintuża minn Barts. Huwa qal li hija ħaġa kbira li studenti Inġliżi jiġu Malta, f’dan il-każ Għawdex biex jistudjaw f’Universita’ Ingliża.

Huwa ħabbar li ix-xogħol infrastrutturali fuq il-bini tal-iskola medika kważi lest minn barra.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt intervista telefonika fuq Qne Radio u wassal ix-xewqat tiegħu lill-familji għal Milied ħieni u sena ġdida ta’ riżq