Riżultati mit-tieni rawnd tal-Enemed Drag Racing

Aktar minn 80 vettura bejn Karozzi, Muturi u Dragsters ikkompetew fit-tieni round tal-kwart ta’ mil mill-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing li kien organizzat mill-Assoċjazzjoni tad-Drag Racing Maltija ġewwa t-trakka f’Ħal Far mill-Ġimgħa 3 sal-Ħadd 5 ta’ Mejju.

Apparti dawk is-sewwieqa li kellhom xi aċċident jew ħsarat, kollha rnexxielhom inaqsu il-ħinijiet tagħhom b’mod konsiderevoli. Fost il-ħafna sewwieqa Chantelle Zammit għamlet ħin ta 10.82 sekondi fuq karozza escort. Renald Farrugia fuq Mitsubishi għamel rekord dinji ta’ 8.422 sekondi b’veloċità ta’ 177.33 mil fis-siegħa. Matthew Carabott, sewwieq ta Mr. Whippy Racing team għamel ħin ta 5.84 sekondi b’veloċita ta’ 234 mil fis-siegħa. Din l-avventura serviet ukoll ta’ taħriġ għat-tim peress li fl-aħħar tax-xahar ser jkun qiegħed jiddebutta ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra.

It-tielet rawnd tal-kampjonat Enemed National Drag Racing se jsir fil-11, it-12 u t-13 ta’ Lulju, rawnd lijisir tul il-lejl.