Riżultati mill-Kampjonat tad-drifting

Il-Malta Drifting Association organizzat ir-raba’ round tal-Kampjonat Nazzjonali Pro Alcohol Drifting nhar il-Ħadd li għadda.

Dan sar fit-trakka tal-Malta Drag Racing Association f’Ħal Far. Andrea Fabri rebaħ il-Klassi Pro segwit mill-qrib minn Brian Mifsud u Kenneth Micallef.

Kien suċċess kbir ukoll għal-Mark Bartolo li rnexxielu l-ewwel post tal-klassi Street Legal wara li reġa rritorna fl-isport wara nuqqas ta’ sena. Bartolo kien osservat sabiex l-uffiċjali wasslu jiddeċiedu li jippromovuh għall-klassi PRO.

Il-ħames rawnd mistenni jittella’ f’Settembru wara waqfa ta’ xahrejn għax xhur tas-sajf.