Riżultati mill-handball tan-nisa

Malta Handball Association

Mix-xena tal-handball tan-nisa, Kavallieri RS2 rebħu lil La Salle Tal-Qroqq Confectionery 39 għal 5 fis-semi finali tan-Knock Out. F’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni tan-Knock Out, Aloysians rebħu lil Swieqi Phoenix 22 għal 16. Il-logħob saru lbieraħ fis-2:00pm u l-4:00pm rispettivament.

Logħba oħra mill-Handball tan-nisa kienet dik ta’ taħt il-15-il sena fejn Kavallieri RS2 rebħu fuq La Salle 10 b’4.