Riżultati mill-ewwel 5k Road Running Series

FB: 2019 | Eurosport BSJ 5K Road Running Series

Aktar minn 200 parteċipant ħadu sehem fl-ewwel tellieqa tal-BSJ Eurosport 5k Road Running Series. It-tellieqa saret l-Imtarfa fejn kienu l-bosta li marru bi ħġarhom biex jipparteċipaw. It-tellieqa tal-irġiel intrebħet minn Pedro Lopez u tan-nisa ntrebħet minn Tara Abdilla.

Jissieltu għall-ewwel post fit-tiġrija tal-irġiel, kien hemm Jesrit Camilleri li fil-bidu tat-tiġrija rnexxielu jżomm l-ewwel post. Aktar tard inqabeż minn Pedro Lopez li żamm l-ewwel post sal-aħħar. Simon Spiteri baqa’ konsistenti u żamm il-pass tajjeb biex daħal fit-tieni post. Fit-tielet post imbagħad daħal Darran Agius li daħal biss żewġ sekondi wara Spiteri. Mit-tellieqa tan-nisa, Abdilla bdiet u spiċċat it-tellieqa fl-ewwel post. Warajha daħlet Margaret Seguna u fit-tielet post daħlet Celine Pace.

It-tieni tellieqa minn sensiela ta’ tlieta ser ssir nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju fis-7:00 pm. Reġistrazzjonijiet jistgħu jsiru online fuq is-sit elettroniku jew fil-ġurnata, sa siegħa qabel il-bidu tat-tiġrija.