Riżultati mill-1 u t-2 tellieqa tal-Malta International Challenge Marathon

L-ewwel stadju tal-Eurosport Malta International Challenge Marathon saret aktar kmieni din il-ġimgħa, meta madwar 200 atleta ħadu sehem fit-tellieqa tal-10 mili.

Ir-rotta ta’ 10 mili fil-madwar tas-Siggiewi ħadet lill-atleti madwar xi wħud mill-aktar rotot xeniċi fil-punent ta’ Malta.

Ir-rebbieħa għall-ewwel fażi ta’ din it-tellieqa unika kienu Mario Grech li temm it-tellieqa f’ħin ta’ 57 minuta 50 sekonda u Tara Abdilla li spiċċat f’siegħa 8 minuti 51 sekonda. Ir-rebbieħ tal-isfida tal-Gatorade Relay Team għall-ewwel ġurnata kien il-veteran Jonathan Balzan, li jirrappreżenta lil Team Barry.

Fit-tieni stadju tal-Eurosport Malta International Challenge li saret f’Wied il-Għajn intrebħet minn Philip Vella meta għadda lil-Mario Grech, rebbieħ tal-ewwel tappa, b’vantaġġ ta’ sekonda.

Minkejja din ir-rebħa, Grech għadu fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali b’vantaġġ ta’ kważi erba’ minuti fuq Vella.

Fil-kategorija tan-Nisa, Tara Abdilla kisbet it-tieni rebħa tagħha u l-ewwel fil-klassifika ġenerali. Il-Gatorade Team Relay intrebħet minn Matthew Xuereb li jirrappreżenta lil Team Barry. Dan it-tim kien wkoll ir-rebbieħ tat-tappa tal-bieraħ ġewwa s-Siġġiewi. Huma qedin fuq il-quċċata tal-klassifika ġenerali b’vantaġġ komdu fuq Green Fox Runners li qedin fit-tieni post.

It-tielet stadju għandu jsir illum.