Riżultati foqra edukattivi jistgħu jillimitaw it-tkabbir ekonomiku – rapport

Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta avża lill-gvern li riżultati edukattivi foqra jistgħu jillimitaw l-aspettattivi għat-tkabbir ekonomiku.

F’rapport ta’ 60 paġna dwar kif sejrin diversi setturi tal-Gvern ir-rapport iddeskriva s-suq tax-xogħol bħala b’saħħtu b’nuqqas persistenti. Jinnota li gruppi bħal dawk ta’ persuni b’diżabilità u ħaddiema akbar fl-età xorta jaffaċċjaw “saqaf tal-ħġieġ” meta jiġu għall-impjieg. Però jinnota li l-impjieg qed jiżdied b’miżuri li reċentament qed itejbu l-mod kif jaħdem is-suq tax-xogħol. Ir-rapport jesprimi tħassib li hemm nuqqas ta’ attività ekonomika għoli filwaqt li mill-banda l-oħra ħaddiema qed jiġu impurtati biex jimlew it-toqob fis-setturi ekonomiku li jkollhom nuqqas ta’ ħaddiema.

Tista’ taqra rapport dettaljat minn hawn.