Riżultat stupend għal United

Manchester United ħadu taħt idejhom il-kontroll tal-logħba kontra LASK. Huma lagħbu barra minn darhom quddiem 500 partitarju. Il-logħba kienet l-ewwel leg mill-aħħar 16 tal-Europa League.

Il-gowl stupend ta’ Odion Ighalo witta’ t-triq għal United li rebħu bl-iskor ta’ 5-0 ġewwa l-grawnd fl-Awstrija. Il-gvern Awstrijakk illimita n-numru ta’ attendenza bħala prekawzjoni għall-vajrus COVID-19.

In-Niġerjan li għandu 30 sena rnexxielu jiskurja erba’ gowls fl-aħħar tliet logħbiet li beda fihom. United issa laħqu l-11-il logħba mingħajr ma tilfu.

Għal United skurjaw ukoll James, Mata, Greenwood u Pereira, kollha fit-tieni taqsima tal-logħba.

Riżultati oħra:

Eintrach Frankfurt 0-3 Basel

Istanbul Basaksehir  1-0 FC Koebenhavn

Olympiacos 1-1 Wolverhampton Wanderers

Rangers 1-3 Bayer Leverkusen

Wolfsburg 1-2 Shakhtar Donetsk