Riżultat pożittiv ġewwa l-Polonja għal sewwieq Malti

Is-sewwieq Malti Rudi Farrugia u n-navigatur tiegħu Malcolm Gauci kellhom wirja pożittiva fil-King of Poland li ttellgħet ġewwa l-Polonja. Din kienet l-ewwel tellieqa li Ultra4 Unlimited 4 Wheel Drive Racing organizzat fl-Ewropa tal-Lvant u kienet il-finali tal-kampjonat Ewropew għal din is-sena.

Dan l-avveniment tal-‘Off-Road’ seħħ fil-Olszyna MotoPark fil-Polonja fuq mhedda ta’ 22 km. Din it-‘track’ hija l-iktar waħda veloċi fost bnadi oħra fl-Ewropa li huma kkaraterizzati minn foresti, ramel u blat. Minkejja li Farrugia u Gauci ma kkompetewx għar-rebħ tal-kampjonat, huma kisbu riżultat ferm tajjeb meta temmew 16-il dawra wara siegħa, 26 minuta u 24 sekonda.