Riżultat inkorraġanti għal Birkirkara iżda mhux daqshekk għal Hibernians

Żewġ logħbiet oħra mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League, bis-sehem ta’ Birkirkara u Hibernians.
Fl-ewwel leg fl-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hibernians ġew megħluba mit-tim Slovakk ta’ Spartak Trnava bl-iskor ta’ 4-2.
Wara biss għaxar minuti l-Islovakki ngħataw penalti tkeċċa’ Jonathan Pearson.
Mill-11-il metru Erik Sabo fetaħ l-iskor u ftit minuti wara l-istess Sabo rdoppja l-iskor.
Fis-36 minuta Jan Vlasko skurja t-tielet gowl għal Spartak Trnava.
Fit-tieni taqsima Hibernians wettqu reazzjoni, meta fid-49 minuta, Andrew Cohen skurjaw l-ewwel gowl għall-Pawlisti.
Minuta eżatt wara, Clayton Failla skurja t-tieni gowl u naqqas sew id-distakk għal Hibernians.
Iżda żewġ minuti minuti mit-tmiem, Tomas Mikinic għamel l-iskor finali 4-2 għal Spartak Trnava.
Minn naħa l-oħra Birkirkara fl-Ungerija, kienu viċin li jiksbu dro mat-tim Ungeriż ta’ Diosgyori VTK.
Birkirkara kellhom iċ-ċans li jiftħu l-iskor, meta Zach Muscat b’daqqa ta’ ras stampa l-mimduda.
Bħalma jgħidu gowl mitluf, gowl maqlugħ għax fl-34 minuta Davis Barczi  fetaħ l-iskor għall-Ungeriżi.
Żewġ minuti wara Matteus Bissi minn ġmiel ta’ frikik ġab il-gowl tad-dro.
Fis-46 minuta, l-istess Bissi tkeċċa’ wara li rċieva t-tieni karta safra.
Minkejja li bi plejer anqas Birkirkara żammew id-dro, iżda hekk fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, Patrick Basca skurja l-gowl tar-rebħa għal Diosgyori.
Kemm Hibernians u kif ukoll Birkirkara, jerġgħu jkunu fl-azzjoni l-ġimgħa d-dieħla.