Riżultat f’Iżrael wisq qrib biex ikun iddikjarat rebbieħ

Exit polls wara t-tieni elezzjoni f’ Iżrael f’ħames xhur qed juru li r-riżultat se jkun qrib kif inkun dikjarat rebbieħ. Il-partit tal-Lemin Likud tal-Prim Ministru Benjamin Nethanyahu mistenni jikseb bejn 30 u 33 siġġu waqt li ċ-ċentristi tal-Blu u l-abjad tal-ex kap militari Benny Gantz mistenni jakkwista bejn 32 u 34 siġġu.

L-appoġġ tal-kap tal-Partit Yisrael Beiteinu, Avigdor Lieberman, it-tielet partit, se jkun kruċjali.

Il-poplu Iżraeljan ivvota fl-elezzjonijiet bikrija wara li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu ma jrnexxilux jifforma kolazzjoni fl-elezzjoni ta’ April.