Riżorsi biex jgħinu tfal b’awtiżmu waqt il-pandemija

Sesame Workshop, l-għaqda volontarja wara “Sesame Street” qed tittama li tgħin lit-tfal li jsofru minn awtiżmu u lill-familji tagħhom biex jadattaw għall-ħajja waqt il-pandemija tal-coronavirus permezz ta’ ġabra ta’ filmati u riżorsi li jindirizzaw ir-realtajiet li qed ngħixu fihom illum.

Il-kollezzjoni, li ħarġet fil-21 ta’ Settembru, għandha bħala l-karattru ewlieni Julia, pupazz ta’ 4 snin li għandha l-awtiżmu, li tgħin lit-tfal bħaha biex jifhmu kunċetti diffiċli bħal distanzjament soċjali, rutini differenti u l-ilbies tal-maskri.

F’filmat dwar l-importanza li tintilibes il-maskra, Julia tidher f’diskussjoni virtwali ma’ missierha u tispjega kif għalkemm tinsab eċitata li sejra l-park dakinhar, qed tinkwieta li l-maskra se ddejqilha widintha u tgħarrxilha mnieħirha.

Wara li missier Julia jinkoraġġiha tipprattika l-ilbies tal-maksra d-dar, Julia u l-pupazz tagħha Fluffster jippruvaw dan il-proċess, b’mod li t-tfal jaraw kif meta wieħed jippratika minn qabel xi ħaġa li tikkawża l-ansjetà, dawn jistgħu jħossuhom aħjar.

It-tneħħija tal-inċertezza għat-tfal b’awtiżmu hi kruċjali

Dr. Kerry Magro, kelliema u awtriċi f’dan il-qasam, qalet li missier Julia huwa eżemplari għat-tfal bi sfidi sensorjali, hekk kif it-tneħħija tal-inċertezza hi l-aqwa ħaġa għat-tfal b’awtiżmu. 

Hija spjegat kif it-turija ta’ stejjer soċjali lit-tfal, li jgħallmuhom jifhmu sitwazzjoni u problemi u kif għandhom iġibu ruħhom f’ċertu sitwazzjonijiet huwa ta’ importanza kbira, u l-fatt li jistgħu jaraw x’jista’ jiġri, jista’ jgħin biex titnqqas l-ansjetà.