Riżoluzzjoni biex issir inkjesta internazzjonali fuq il-kraxx tal-Malaysia Airlines

In-Nazzjonijiet Magħquda se jiddiskutu ir-riżoluzzjoni tar-Renju Unit biex issir inkjesta internazzjonali fuq il-kraxx tat-titjira tal-Malaysia Airlines fil-fruntiera tal-Ukraina.
Il-Ministru tar-Renju Unit għall-Affarijiet Barranin qal li l-Organiżazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nazzjonijiet Magħquda hija l-aħjar organiżazzjoni biex tagħmel din l-inkjesta.
Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Rasmussen ukoll qed jaqblu mar-riżoluzzjoni tar-Renju Unit.
L-Awtoritajiet Ukreni qed isostnu li għandhom recording ta’ telefonata fejn uffiċjali militari Russi qed jgħidu li s-separatisti waqqaw l-ajruplan tal-Malaysia Airlines.
Min-naħa tagħhom is-separatisti qalu li se jħallu lill-investigaturi internazzjonali jmorru fil-post fejn ikkraxxja l-ajruplan.
It-titjira tal-Malaysia Airlines ikkraxxjat b’298 passiggieri abbord.