Riżenja oħra għal Boris Johnson – Tirriżenja Amber Rudd

Read in English.

Is-segretarju għax-xogħol u l-pensjonijiet fil-kabinett ta’ Boris Johnson, Amber Rudd, ħabbret li ser tirriżenja mill-kabinett u mill-Partit Konservativ.

Rudd qalet li ser tagħmel dan minħabba l-mod kif Boris Johnson qed ikisser il-Partit kif ukoll minħabba li ma’ hemm ebda evidenza li Johnson qed jipprova jinnegozja xi forma ta’ ftehim mal-Unjoni Ewropeja.

Il-ġurnal The Sunday Times tal-Ingilterra jirraporta din l-aħbar f’intervista li għandu ma’ Rudd.