Riżenja għolja fl-Oxfam minħabba skandlu sesswali

Id-Deputat Kap Eżekuttiv ta’ Oxfam irriżenjat wara li ħarġu fil-beraħ allegazzjonijiet relatati ma’ skandlu sesswali minn ħaddiema tal-organizzazzjoni dinjija mhux governattiva.
Il-każ idur mal-akkużi li ħaddiema li suppost kienu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-Haiti fl-2011 xi ħin jew ieħor użaw is-servizz tal-prostituti. Qed jintqal li Oxfam kienet taf b’kollox imma ħbiet dawn il-każijiet.
Penny Lawrence qalet li spiċċat b’mistħija kbira fuqha f’isem dawn il-ħaddiema, u refgħet ir-responsabbiltà kollha billi rriżenjat.
Sadanittant, l-organizzazzjoni karitattiva kellha tiltaqa’ mas-Segretarju Internazzjonali għall-Iżvilupp sabiex tipprova tikkonvinċih ma jaqtagħliex il-fondi minħabba dawn l-allegazzjonijiet.
Oxfam qed jiċħad li għatta b’xi mod jew ieħor.
Il-Kummissjoni Ewropea wkoll qalet tagħha, u sostniet li mill-Oxfam tistenna trasparenza totali u ċarezza massima, u tikkunsidra taqta’ kull fondi lill-imsieħba kollha jekk dawn ma jġibux ruħhom b’mod etikament aċċettabbli.
Il-programm ta’ Oxfam fil-Haiti kien irċieva €1.7 miljun mill-Unjoni Ewropea.
Fl-istarrija ta’ Lawrence, qalet li l-allegazzjonijiet iduru mad-direttur ta’ Oxfam fic-Chad, u għalhekk aktarx seħħew qabel ma’ dan mar il-Haiti.
Oxfam għaddejja b’investigazzjoni interna, li sa issa wasslet biex tkeċċew erba’ persuni u tlieta oħram qegħdin biex, inkluż id-Direttur ta’ Oxfam f’Haiti.