Ritratti: Żviluppi ġodda fi Ħbieb u Għedewwa

Ħbieb u Għedewwa 42

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Saviour u Paul jitkellmu dwar Rachel. Xi jrid jagħmel Saviour u min se jmur ipoġġi fuq l-istess mejda li kienu qegħdin huma?

Sadanittant il-Madre u Edwina jitkellmu dwar Saviour. X’se jgħidu? U x’se jgħidu dwar Rachel u Faye? Winnie tmur għand Rebecca. Fuq xiex trid tkellimha?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.