Ritratti: Żjara lis-sorijiet anzjani tal-karità f’Ħal Balzan

Is-sorijiet anzjani tal-karità f'Villa Marija Annunzjata f'Ħal Balzan ilbieraħ iltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana.
Suor Lydia Formosa, li kienet tgħix fl-istess dar, mietet il-ġimgħa li għaddiet fl-età ta' 107 snin.
Ix-xahar li għadda, Newsbook.com.mt żar lis-sorijiet li kienu qed jiċċelebraw iktar minn 100 sena ta' ħidma u dedikazzjoni fis-soċjetà.
Ma' Newsbook.com.mt, Sr Annunziata Cortis, li għalqet 103 snin, kienet qalet li "l-ġranet kollha huma esperjenza."
Bħalissa hemm 30 soru li jagħmlu parti mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide, li minbarra ħidma ta' karità fis-soċjetà, jgħallmu fil-kulleġġ tagħhom stess.
Ritratti: DOI – Jason Borg