Ritratti: Żewġ żgħażagħ salvati f'”operazzjoni delikata”

Żewġ żgħazagħ żgħar ilbieraħ ġew salvati minn Membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li waqgħu żewġ sulari ġo xaft dejjaq.
Il-paġna tal-Facebook tal-Protezzjoni Ċivili qalu li l-operazzjoni kienet waħda delikata minħabba n-natura tal-post fejn waqgħu ż-żgħżagħ, li ma kienx aċċessibbli wisq.
Kien hemm bżonn uffiċjal u 8 pumpiera biex il-persuni ttellgħu minn xaft f’San Ġiljan, imbagħad wara ttieħdu l-isptar.
Sadanittant, Newsbook.com.mt kkonferma mal-Pulizija li ż-żewġ żgħażagħ kellhom biss ġrieħi ħfief.
Ritratti: Peter Paul Coleiro