Ritratti: Żewġ Maltin oħra l-ewwel fit-tlielaq tal-karozzi fir-Renju Unit

Żewġ sewwieqa Maltin ġew fl-ewwel post wara tmiem rawnd ieħor tal-kampjonat 750mc Roadsports Class C fir-Renju Unit.
Rodren Vella u Bernard Gatt saqu l-Honda Civic tagħhom bejniethom fit-tellieqa li saret fiċ-ċirkwit ta Cadwell Park, ċirkwit li hu magħruf mad-dilettanti u s-sewwieqa bħalha minjatura tan-Nurgburgring li hemm il-Ġermanja.
It-tellieqa hija meqjusa bħalha “mini-endurance” għal-karozzi tat-triq iżda li fl-istess ħin tagħti l-libertà għal numru ta modifikazzjonijiet.
Kull tellieqa tkun twila ftit aktar minn 45 minuta u t-tim jista’ jbiddel is-sewwieq jew il-karozza wara 25 minuta.
Fir-rawnd li jmiss, Vella u Galea jippruvaw jerġgħu jiddominaw ġewwa Silverstone, fir-Renju Unit ukoll.