Ritratti: Żewġ Maltin kantaw ma’ Katia Ricciarelli

Maria Curmi u Shana D’Anastasi dan l-aħħar kellhom opportunità biex jipparteċipaw waqt il-15-il edizzjoni ta’

Sanremo d.o.c. li sar bejn it-2 u t-8 ta’ Frar.

Sanremo d.o.c. huwa showcase għal kantanti żgħar biex jesponu t-talenti tagħhom fit-teatru Palafiori f’Casa Sanremo.

Maria Curmi ta’ 9 snin mis-Sannat Għawdex interpretat il-kanzunetta Io Vivro Senza Te, waqt li Shana D’Anastasi interpretat O Mio Babbino Caro.

Il-qofol ta’ din l-opportunità għal dawn iż-żewġ kantanti kien meta ltaqgħu u saħansitra kantaw mas-sopran Katia Ricciarelli.

Maria kantat O Sole Mio waqt li Shana kantat Summertime.

Nawgurawlhom aktar suċċessi.