Ritratti: Żewġ ħabtiet fil-bypass ta’ Burmarrad

Ħadd ma weġġa’ f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati li seħħew ftit tal-ħin ilu fil-bypass ta’ Burmarrad fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar.
Wieħed mill-inċidenti kien bejn żewġ vetturi, u fl-ieħor sewwieq skiddja u baqa’ dieħel f’siġra.
Il-Pulizija u Gwardjani Lokali jinsabu fuq il-post.
Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates