Ritratti: Żewġ ajruplani tar-Ryanair jaħbtu f’xulxin fl-ajruport ta’ Dublin

Żgur li ma kinitx l-isbaħ esperjenza għall-passiġġieri abbord ajruplan tar-Ryanair li raw parti mill-ġewnaħ tal-ajruplan titqaċċat wara li dan ħabat ma’ ajruplan ieħor tal-istess kumpanija.
L-ajruplani kienu t-tnejn li huma mexjin lejn ir-runway.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, fl-ajruport ta’ Dublin, meta l-ajuplani kienu lesti biex itiru lejn Edinburgh u Brussell.
Il-passiġġieri segwew bil-biża l-ħabta u wħud minnhom irnexxilhom jiġbu r-ritratti li juru l-ponta tal-ġewnaħ imtajra.
Għalkemm ħadd ma weġġa’ fl-inċident, servizzi tal-Emerġenza marru fuq il-post u twaqqfu t-titjiriet.
Infatti kien hemm dewmien f'diversi titjiriet minħabba li l-ajuplani għalqu waħda mill-passaġġi lejn ir-runway.