Ritratti: Żejt maħruq fl-Għadira ta’ San Raflu

Aġġornat 04:52 PM

Read in English.

Il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem irrapporta każ ta’ vandaliżmu li seħħ fl-Għadira ta’ San Raflu li tinsab fil-limiti ta’ din il-lokalità Għawdxija.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li ħaddiema mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Għawdex jinsabu fuq il-post biex jippruvaw ineħħu dan iż-żejt, għalkemm intqal li ħafna minnu diġà niżel fil-qiegħ. Huma qalu wkoll li dan l-ilma se jiġi msaffi kif jistgħu biex jippruvaw li jitneħħa kemm jista’ jkun żejt.

Fuq il-post kien hemm ukoll membri mill-Animal Welfare biex tneħħew il-papri u l-fkieren li jgħixu f’din l-għadira u li dan iż-żejt kien se jkun ta’ detriment biex jibqgħu ħajjin.

Huma appellaw ukoll biex min ra  dan l-att vandalu jseħħ jew ghandu xi informazzjoni jċempel l-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat Għawdex.

Ħidma mingħajr suċċess – ERA

Fi stqarrija l-ERA qalet li l-attentati tas-CPD biex jipprova jiġbor is-sustanza b’absorbent pads li normalment jintużaw għal dan il-għajn ma kellhomx suċċess. L-ERA qalet li qed tikkoordina mas-CPD, mal-Pulizija, ma’ EcoGozo, u ma’ entitajiet oħra biex jiddeterminaw x’inhi s-sustanza u x’jista’ jsir għall-għadira.

ERA: L-istat tal-għadira qabel ma telqu l-uffiċjali tagħha miż-żona