Ritratti: X’tista’ u ma tistax tagħmel jekk sejjer l-Isle of MTV

L-organizzaturi tal-Isle of MTV ħarġu r-regoli ta’ dak li tista’ u ma tistax iddaħħal fuq il-Fosos għall-avveniment anwali Isle of MTV. Din is-sena l-Isle of MTV daħal fit-13-il edizzjoni b’artisti internazzjonali bħal Martin Garrix, Bebe Rexha u Ava Max.

Fost l-istruzzjonijiet l-organizzaturi qed iħeġġu lil dawk kollha li se jattendu biex jagħmlu s-sunblock u jixorbu l-ilma minħabba s-sħana.

F’email l-organizzaturi qed iħeġġu biex dawk kollha li ġabu l-biljett b’xejn mis-sit tal-Isle of MTV jaslu fuq il-Fosos kmieni għax il-biljett ma jiggarantixix id-dħul. Jgħidu li d-dħul se jkun suġġett għal kemm jesa’ l-Fosos li se jkun monitorjat Live matul il-lejl kollu.

Il-bibien jiftħu fit-3pm.

Jekk tidħol tibqa’ ġew

Avżaw ukoll biex dawk kollha li se jattendu jippjanaw sew għax minn jidħol u jerġa’ joħroġ mhux se jitħalla jerġa’ jidħol.

Dawk kollha taħt l-14-il sena għandhom ikunu akkumpanjati minn adulti.

Xorb

L-unika xorb li jista’ jiddaħħal fuq il-Fosos huma żewġ bottijiet mhux miftuħa tal-alkoħol jew luminati għal kull persuna jew sa erba’ fliexken ta’ ilma jew soft drinks li jkunu fi fliexken mhux miftuħa tal-plastik sa daqs ta’ 500ml għal kull persuna.

Se jkun hemm ukoll toilets u kjosks tal-ikel u x-xorb li jaċċettaw biss flus kontanti. Mhux se jkun hemm magni tal-flus għalhekk l-organizzaturi ħeġġew biex kulħadd jaħseb minn qabel.

Trasport

Il-Malta Public Transport se tipprovdi rotot speċjali mill-Belt Valletta wara l-kunċert.

Ara l-lista tagħhom minn hawn.