Ritratti: X’se jsib Sully meta jmur lura d-dar?

Episodju ieħor mis-sensiela Sorelle llum għall-ħabta tat-3pm fuq TVM. Illum mhux se jkunu qed jonqsu l-emozzjonijiet f’din il-ġrajja bi produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba’ ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber.

Janice tmur id-dar ta’ Matthew Theuma. X’se ssib xħin ommu ħaditha ħdejh?

Min huma Neil u Sandro. X’għandhom x’jaqsmu ma’ Jodi u Angela? Naraw lill-aħwa jorganiżżaw l-ikel biex imbagħad imorru jqassmuh lill-fqar.

Sully jmur lura d-dar. X’ġaralha Lea u għaliex tinsab mixħuta fl-art?

Sorelle jkollu ripetizzjoni fil-11.25pm u għada filgħodu is-6.15am dejjem fuq TVM, filwaqt li s-Sibt fuq TVM2 jixxandru ‘l puntati ta’ ġimgħa sħiħa mill-11am ‘il quddiem.