Ritratti: X’se jkun qed jiġri llum f’Sorelle?

Fl-episodju tal-lum il-Ħamis mis-sensiela Sorelle, Vince jiltaqa’ ma’ Maxine. X’se jgħidilha dwar is-sitwazzjoni u x’se jagħmel issa?

Min se jċempel lill-Madre u Sr Augusta għaliex tmur tkellimha? Samantha titkellem ma’ Janice dwar il-ħolma li kellha.

X’se tgħidilha u Samantha x’se tagħmel?

Sorelle jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM, b’repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru mill-ġdid is-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.