Ritratti: X’se jagħmlu s-Sorelle dwar Sully?

Sorelle episode 123

Sorelle jkompli llum fit-3pm fuq TVM u llum se naraw x’se jkunu qed jagħmlu s-Sorelle wara li saru jafu x’kien ġaralu Sully meta kien għadu iżgħar u dak li kien għamel lill-missieru.

Bella tmur għand Norman u tgħidlu b’dak kollu li saret taf. Janice titkellem ma’ Matthew. X’jaħseb dwar Liana? Sully jmur lura d-dar. X’qed jippjana? X’se jgħidilha tagħmel lil Lea?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.