Ritratti: X’sabu aktar mal-karozza l-misruqa?

Flimkien mal-karozza misruqa li nstabet f’qiegħ il-baħar f’tindifa f’Miġra l-Ferħa fil-limiti tar-Rabat, instabu diversi oġġetti oħrajn mill-grupp Life Baħar for Natura 2000.

Fost dawn l-oġġetti li ttellgħu mill-baħar, instabu 75 tyre, 15-il basket tal-plastik u skart tal-plastik ieħor flimkien ma’ skart ta’ materjal imħallat.

Għaqdiet oħrajn li pparteċipaw fl-organizzazzjoni tat-tindifa kienu in-no to plastic Malta, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-Bidla fil-Klima (MESDC), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), il-Korp ta’ Salvataġġ u Emerġenza (ERRC), u l-Wasteserve.

Intant il-vettura li nstabet ilbieraħ ittieħdet fil-garaxx tal-Pulizija fejn bdiet investigazzjoni mit-taqsima tal-vetturi misruqa (SVS). Il-vettura kienet insterqet f’Mejju li għadda f’San Pawl il-Baħar.

Ritratti: Life Baħar for Natura 2000