Ritratti: X’qegħdin jagħmlu s-Sorelle?

Sorelle S2 eps 3

Illum fl-3.40pm jixxandar it-tielet episodju mit-tieni staġun ta’ Sorelle b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Angela tmur titlob fil-kappella fejn kienet tmur meta kienet għadha soru. Għal min qed titlob? X’ġaralha Samantha? X’qed jgħidu t-tobba? X’inhi toħlom?

U s-sorelle x’inhuma jagħmlu l-isptar ħdejha? Il-Maġġur Bonaci ċċempel lil Angela. Xi trid tgħidilha?

Sorelle jkollu repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am fuq TVM, filwaqt li l-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru wara xulxin is-Sibt filgħodu fuq TVM 2 mill-11am ‘il quddiem.