Ritratti: X’qed jiġri f’Ħal Lija għall-Milied?

Dis-sena se titella’ edizzjoni oħra tal-Presepju Ħaj f’Ħal Lija, hekk kif ikkolaboraw is-Soċjetà Sant’ Andrija flimkien mas-Soċjetà Mużikali San Pio X.

L-ewwel Presepju Ħaj ġewwa Ħal Lija jmur lura lejn is-snin 50, li kien organizzat minn Dun Anton Ebejer. Dan il-qassis minn Ħal Lija, li kien jieħu ħsieb l-Azzjoni Kattolika, flimkien ma’ nisa u irġiel mir-raħal, kien organizzah fil-ġnien tal-Knisja l-Qadima tas-Salvatur.

Fis-snin ta’ wara l-Presepju Ħaj kien sar f’parti mill-ġnien ta’ Villa Gourgoun li tinsab quddiem il-knisja parrokkjali. Għalkemm kien waqaf jiġi organizzat għal ammont ta’ snin, il-Presepju Ħaj reġa’ beda jiġi organizzat f’razzett antik li hemm fi Triq Robert Mifsud Bonnici, it-triq tal-iskola primarja ta’ Ħal Lija, li ġie trasformat biex ikun jixbah lir-raħal ta’ Bethlehem.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Presepju Ħaj se jkunu hekk:

  • Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru, mis-6.00 sat-8.00p.m.;
  • il-Ħadd, 9 ta’ Diċembru, mit-3.30 sat-8.30p.m.;
  • il-Ħamis, 13 ta’ Diċembru, mit-3.30 sat-8.30p.m.;
  • is-Sibt, 15 ta’ Diċembru, mis-6.00 sat-8.00p.m.;
  • il-Ħadd, 16 ta’ Diċembru, mit-3.30 sat-8.30p.m.;
  • is-Sibt, 22 ta’ Diċembru, mis-6.00 sat-8.00p.m.;
  • il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, mit-3.30 sat-8.30p.m.;
  • u t-Tlieta, 25 ta’ Diċembru, mit-3.30 sat-8.30p.m.