Ritratti: X’qed jiġri eżatt fid-dar ta’ Matthew?

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle, Lori, Angela u Jodi jinsabu ferħanin għaliex għandhom l-informazzjoni kollha li għandhom bżonn. X’se tgħidilha Angela lil Jodi dwar Sully u Asja?

Janice terġa’ tmur id-dar ta’ Matthew. X’inhu jiġri eżatt?

X’se jiġri xħin Sully jerġa’’ jmur lura d-dar u jara lil Lea? Għaliex se jkun irrabjat ħafna? X’se tagħmel Lea? X’se tkun ir-reazzjoni ta’ Sully?

Sorelle għandu ktiba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM fit-3pm b’repetizzjoni llejla fil-11.25pm u għada filgħodu fis-6.15am. Is-Sibt ikun hemm repetizzjoni tal-puntati ta’ ġimgħa sħiħa fuq TVM2 mill-11am ‘il quddiem.