Read in English.
Triq ir-Ramla fin-Nadur Għawdex qed isirulha x-xogħlijiet. Dan wara li kienet irrapurtata li qed tinfetaħ minn numru ta’ postijiet, li li jidher li hemm il-vojt taħt, u li hi perikoluża.
Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana ħabbret ix-xogħlijiet u tellgħet ir-ritratti fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha. Hi faħħret lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru tax-xogħol tagħhom.
Is-Sindku tan-Nadur Edward Said kien qal li t-triq qed tinfetaħ ma’ Newsbook.com.mt, u kienu ħarġu rapporti fil-midja dwar il-periklu.
Aqra: Aġġornata (5): Filmat: ‘Hemm il-vojt u perikoluża’; barriers fi triq fin-Nadur
Wara, kelliem għall-Ministeru għal Għawdex qal lil Newsbook.com.mt li l-Ministeru ħa azzjoni immedjata “la darba” ġie infurmat bil-każ. “Issejjħet laqgħa urġenti u issa t-triq hi magħluqa għat-traffiku. Issa inħallu f’idejn l-esperti biex janalizzaw il-problema u tinstab soluzzjoni,” kien kompla jgħid il-kelliem.
Kelliem għal Infrastructure Malta kien qal lil Newsbook.com.mt li “l-manutenzjoni tat-triq indikata hija responsabilità ta’ entità oħra.”