Ritratti: X’kien hemm fil-lukanda ta’ Angelina Jolie fi Mġarr ix-Xini?

Ritratti li għandu Newsbook.com.mt juru xi kmamar tal-lukanda li fiha sar parti mill-ġbid tal-film By The Sea ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt.
Fost ir-ritratti hemm tal-kamra tas-sodda u l-kamra tal-banju, kif ukoll kafetterija.
Il-ġbid tal-film beda fid-19 ta’ Awwissu u baqa’ għaddej sal-bidu ta’ Novembru.
By the Sea għandu kitba u direzzjoni ta’ Jolie, u huwa l-ewwel proġett tagħha u ta’ Pitt minn meta għamlu Mr & Mrs Smith fl-2005. 
Huwa film romantiku u jitratta l-isfidi li affaċċjaw koppja miżżewġa meta marru fuq btala madwar l-Ewropa fis-sebgħinijiet. By the Sea mistenni joħroġ fiċ-ċinema din is-sena.