Ritratti: X’inhu d-destin ta’ Trini?

Ikomplu l-intriċċi fit-telenovela Spanjola Una Vita matul din il-ġimgħa fis-2.10pm fuq Canale 5 hekk kif wara li jinqatel il-persuna li jkun pjana l-qtil, Ursula titlef kull tama li tingħata l-ħelsien. Agustina però tistqarr ma’ Fabiana li rat il-qattiel ta’ Fra’ Guillermo.

Għada l-Ħamis imbagħad se naraw x’se jkun id-destin ta’ Trini. Ramon iħossu ddisprat hekk kif ma jafx x’se jaqbad jagħmel.

Il-Ġimgħa se naraw lill-abitanti jingħaqdu biex jagħtu l-aħħar tislima lil Trini. L-atmosfera tinħass bħala waħda ta’ niket. Celia hi determinata li trabbi lil Milagros.

Is-Sibt ma tixxandarx din is-sensiela peress li fil-ħin tagħha jitwassal il-programm Amici. Una Vita jkompli l-Ħadd b’erba’ puntati wara xulxin.

Il-Ħadd 8 ta’ Marzu se naraw kif Telmo u Lucia, bl-għajnuna ta’ Mendez, jippruvaw jiksbu informazzjoni mingħand Agustina biex b’hekk ikunu jistgħu jeħilsu lil Ursula.