Ritratti: X’ħalliet warajha l-Grigalata fis-Salini

F’ritratti li ntbagħtu lil Newsbook.com.mt, jidher li hemm dgħajsa maħbuta mal-blat fis-Salini.

Ir-raġuni għal dan x’aktarx hu r-riħ qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, li rnexxielu jtella’ xi dgħajjes fuq ir-ramel fix-Xemxija.

Din il-Grigalata hi msieħba mill-uragan li ssemma li jaf jolqot lil Malta, Medicane, iżda li l-aħħar rapporti juru li għadda bi żbrixx minn fuq Malta u riesaq lejn il-Greċja.

Jekk għandek xi ritratti tal-effetti tal-Grigalata, ibgħathom fuq info@newsbook.com.mt.