Ritratti: Xelter ġdid għal matul il-lejl fix-Xagħra

Ġie inawgurat ix-xelter għal matul il-lejl fix-Xagħra, wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern.

L-għan tal-proġett, li tbierek mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, huwa li jipprovdi servizzi għall-anzjani fil-komunità.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex spjega li l-Knisja u l-komunità ta’ Ġesù Nazzarenu provdew il-post, filwaqt li l-Gvern permezz tal-Ministeru se jieħu ħsieb l-amministrazzjoni u l-għoti tas-servizz.

Dan il-proġett ġie msejjaħ monument ta’ mħabba, għax ġab flimkien il-komunità ta’ Ġesù Nazzarenu tax-Xagħra b’għadd ta’ volunitera, li ħadmu flimkien mal-kuntratturi mqabbda mill-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana rringrazzjat lill-Isqof ta’ Għawdex u lil Dun Anton Refalo tal-kollaborazzjoni tagħhom u ħeġġet biex fil-futur ikun hemm iktar proġetti simili għall-ġid u t-tisħiħ tal-komunità f’Għawdex.