Ritratti: X’billboards rajna s’issa?

Luke Zerafa

Ilbieraħ il-partiti politiċi taw bidu għall-kampanji elettorali tagħhom għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali f’Mejju li ġej. Sa mill-ewwel jum bdiet il-pika, bi żball fuq billboard tal-Partit Nazzjonalista jispiċċa fil-mira ta’ billboard ironika tal-Partit Laburista. Madanakollu dawk li jidhru fir-ritratti mhux kollha huma billboards. Il-PN beda jiċċirkola artworks fuq il-mezzi soċjali li juru immaġni ta’ billboard. Dawn huma dawk li għandhom kitba biċ-ċelesti.

Il-PN u l-PL jibdew il-kampanja elettorali b’botta u risposta bil-billboards

Il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista bdiet ilbieraħ, bil-Kap tal-Partit Adrian Delia jgħid li l-messaġġ tal-kampanja se jkun li jistgħu jagħmlu differenza. Il-frażi tal-Partit għal din il-kampanja hija Flimkien għal Pajjiżna, u kienet din il-frażi li spiċċat vittma tal-ewwel billboard tal-Partit Laburista.

Filmat: ‘Il-messaġġ tal-PN se jkun li jista’ jagħmel differenza’ – Delia

Min-naħa tiegħu, il-PN ħa lill-Ministru Konrad Mizzi bħala vittma għal billboard minnhom, dwar it-taxxa.

Billboard oħra tal-PN tindirizza l-pensjonijiet.

Il-Partit Laburista għandu jniedi l-kampanja tiegħu llum b’attività politika f’Ħal Tarxien, li timmarka l-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit, li se ssir barra mill-Kwartieri Ġenerali tal-Ħamrun għall-ewwel darba.

Ilbieraħ, f’intervista fuq l-istazzjon ONE, il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li  bil-Facebook in-nies ma jtellgħux MEPs imma jridu joħorġu jivvutaw biex jagħmlu dan.

Filmat: ‘Bil-Facebook ma ttellax MEPs; trid toħroġ tivvota’ – Muscat

Mil-lum għandhom jibdew jitqassmu fid-djar d-dokumenti tal-votazzjoni.

Minn għada jitqassmu l-voti