Ritratti: Xalel u l-brieret ma’ kullimkien biex jgħinu lil min hu bla dar

Fl-Istati Uniti u fil-Kanada bħalissa għaddejja kampanja ta’ solidarjetà man-nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom. 
Minħabba l-kesħa li qed tagħmel, fil-belt ta’ Edmonton u Winnipeg fil-Kanada u f’Wilmington fil-Karolina ta’ Fuq, grupp ta’ residenti bdew idendlu mas-siġar u mal-arbli, xalel u brieret għal min hu bla dar.  
Magħhom, titpoġġa wkoll karta li tgħid li dawn l-aċċessorji mhumiex mitlufa iżda jistgħu jeħduhom dawk li huma fil-bżonn.