Ritratti: Xahar wara n-nirien, ix-xogħol għadu ma bediex

Għadu ma bediex ix-xogħol fuq is-sala ta' rijabilitazzjoni fl-isptar San Luqa li ħadet in-nar ix-xahar li għadda.
Dan minkejja li waqt żjara fit-taqsima mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, intqal li x-xogħolijiet fit-taqsima, se jingħataw priorità.
Wara l-inċident, is-servizz beda jingħata minn sezzjoni oħra, li iżda hi ferm iżgħar, fl-isptar Karen Grech.
Ma’ Newsbook.com.mt, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Amputees4Amputees, Amy Zahra, kienet spjegat li fis-sala ta’ qabel, dik li sofriet il-ħsarat minħabba n-nirien, aktar nies setgħu jużaw is-servizzi.