Ritratti: X’kienu liebsa rġiel u nisa li sfaw stuprati?

Vittmi ta’ fastidju sesswali, jew saħansitra stupru x’aktarx li jiġu affaċjati b’mistoqsijiet bħal: “Mela x’kont liebes/liebsa?”
Meta nsaqsu din il-mistoqsija, anke jekk f’qalbna meta nisimgħu xi aħbar ta’ stupru jew fastidju sesswali, x’aktarx inkunu qed nitfgħu parti mit-tort fuq il-vittma u nnaqsu mill-gravità tar-reat għax min wettqu “ma kellux tort sa barra.”
Mistoqsija bħal din hija vojta, ma tagħmilx sens u tagħmel ħafna aktar ħsara milli ġid. Dan huwa dak li qed tipprova turi wirja li qed issir fil-Belġju u qed tesponi l-ħwejjeġ li kienu liebsa diversi vittmi ta’ stupru.
Kif wieħed jista’ jara anke mir-ritratti, ma hemmx miniskirts jew ilbies trasparenti, iżda ilbies normali li jilbes kulħadd.
Forsi poġġietha tajjeb ħafna l-Kummissarju għall-Ugwaljanza Renee Laiviera, meta waqt il-programm Newsline fuq RTK kienet qalet li min irid jabbuża mara tista’ tkun liebsa ta’ soru.
L-għan tal-wirja huwa propju dan. Trid tkisser il-mit li l-ilbies provokattiv jinstiga l-istupru.
Fost l-ilbiesi hemm pygamas, tracksuits u anke flokkijiet żgħar ta’ ċkejknin. Fi ftit kliem, ħafna drabi l-ilbies ikun aktar innoċenti mill-vittmi nfushom.
Mela meta tkun se taqbad taħseb u ssaqsi din il-mistoqsija, irrifletti, aħseb sew u ftakar f'dawn: