Ritratti: L-Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ ta’ San Girgor

L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna dalgħodu mexxa l-pellegrinaġġ fiż-Żejtun mill-Kappella ta' San Klement sal-Kappella ta' San Girgor.
Il-pellegrinaġġ ta' San Girgor ilu jsir f'Malta mis-seklu 16 u kien isir bħala ringrazzjament lill-Alla talli ħeles lill-Gżejjer Maltin mill-ħakma tal-pesta.
Skont it-tradizzjoni, dan il-pellegrinaġġ isir fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid.
Ritratti: Kurja – knisja.org/ritratti