Ritratti: Wirja Sanctae Crucis

Għat-tieni sena qed tittella’ wirja bi statwi ta’ Noel Cauchi fi knisja minjatura. F’din il-knisja saru diversi xogħlijiet fosthom fis-saqaf tal-korsija li fih pittura replika ta’ dik li tirrappreżenta l-glorja ta’ Santa Elena li tinsab fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Birkirkara. Xogħol ieħor sar fuq il-pavaljuni tan-navi u fuq bradella tal-ġewż.
Il-Vara l-Kbira ta’ din il-wirja hija replika ta’ dik li tinsab fil-Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
L-organizzatur, Marvic Aquilina, qed jistiednek iżżur din il-wirja bl-isem Sanctae Crucis fi Triq il-Fuħħar, Raħal Ġdid. Aktar informazzjoni tinsab hawn.
Ritratti u filmat: Marvic Aquilina