Ritratti: “Wegħda li r-ritratt ta’ Daphne jibqa’ quddiem il-Qorti”

Tkompli s-saga tal-mafkar għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, hekk kif wara li lbieraħ filgħodu l-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-bini tal-Qorti sebaħ mingħajr ritratti, mal-ġurnata reġa’ tpoġġa r-ritratt tal-ġurnalista. Fid-dawl ta' dan l-Awturi, parti mis-soċjetà ċivili enfasizzat li kull darba li se jitneħħa r-ritratt ta’ Caruana Galizia, huma se jkunu minn ta’ quddiem li jerġgħu jpoġġuh (#heretostay).
Ilbieraħ filgħodu mal-monument, kien hemm biss fjuri, xemgħat u noti, b’kuntrast mal-erbat ijiem ta’ qabel, meta mar-ritratt ta’ Daphne tpoġġew tliet ritratti oħra:  tal-Eks Prim Ministru Dom Mintoff, Karin Grech li nqatlet b’ittra bomba indirizzata lil missierha fl-1977 fiż-żmien tal-istrajk tat-tobba, u tal-attivist Nazzjonalista Raymond Caruana li nqatel fil-każin tal-partit fil-Gudja fl-1986.
Għadu mhux magħruf minn min tneħħew ir-ritratti.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rrifjuta mozzjoni li tressqet mill-kunsillier Ray Azzopardi sabiex jitneħħa l-mafkar. Fir-ruling tiegħu fi tmiem laqgħa mqanqla, is-Sindku tal-Belt Alexei Dingli qal li din il-mozzjoni hi inaċċettabbli għax il-kunsill m’għandu l-ebda ġurisdizzjoni fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.
Ritratti: Ian Noel Pace