Ritratti: Wara t-tieni lejl quddiem Kastilja

Għadda t-tieni lejl tan-nisa li kkampjaw quddiem Kastilja jitolbu ġustizzja wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.
Huma se jerġgħu jorqdu hemm illejla u jqattgħu sa għada quddiem Kastilja.
Fost affarijiet oħra, iridu li jinbidlu l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, għax fi kliemhom jibżgħu jaġixxu fejn hemm bżonn. 
Ilbieraħ, permezz ta' ittra, ingħaqdet magħhom oħt Daphne Caruana Galizia li kkundannat lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija li qed jibqa' jiddefendi lill-Kummissarju.
Dalgħodu, il-President laqgħet ittra mingħand dawn in-nisa u esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-kummenti ta' Tony Zarb meta ddeskriva lil dawn in-nisa bħala "prostituti."
Ritratti: Christoph Schwaiger