Ritratti: Wara s-Salvatur imiss il-kanun taċ-Ċittadella

Qarrej ta’ Newsbook.com.mt qal li l-istat tas-swar taċ-Ċittadella qed jagħti impressjoni ħażina lill-eluf ta’ turisti li jżuru l-Belt Victoria.

Qal li dan il-kanun storiku li miegħu t-turisti kienu jieħdu diversi ritratti, iżżarma biex jiġi rranġat. Żied jgħid li kien ikun aħjar li kieku tneħħa totalment, jew ingħalaq u tpoġġiet nota li turi li qed jiġi rrestawrat.

Sostna li d-dehra impressjonanti minn fuq is-swar taċ-Ċittadella, proprju min-naħa ta’ fuq il-Bastjun ta’ San Martin qed tittappan mill-imbarazz ta’ fuq bejt ta’ stabbiliment tal-ikel.

Huwa appella lill-awtoritajiet biex jieħdu l-passi neċessarji. 

Aktar kmieni din il-ġimgħa, sar appell ieħor biex jiġi rrestawrat u tingħata l-protezzjoni meħtieġa lis-Salvatur f’Marsalforn.

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.

 

Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt