Ritratti: “Waqqfu l-mibegħda” – l-istaff ta’ Mater Dei wara qtil ta’ immigrant

Facebook: Mater Dei Hospital

L-istaff tal-Isptar Mater Dei għamel ġest ta’ solidarjetà mal-immigranti wara l-qtil ta’ raġel mill-Kosta tal-Ivorju f’Ħal Far minħabba l-kulur tal-ġilda tiegħu. Flimkien, bosta mill-impjegati tal-isptar, li ġejjin minn kull livell, inkluż il-Kap Eżekuttiv Ivan Falzon.

Fi protesta silenzjuża quddiem il-bieb tal-Isptar Mater Dei, l-impjegati riedu jwasslu messaġġ wieħed kontra kull tip ta’ mibegħda u preġudizzju.

F’messaġġ fuq Facebook, l-isptar appella lill-pubbliku sabiex jaħdem ħalli tieqaf il-mibegħda lejn dawk li forsi fil-għajn jidhru differenti. Sostna li bħala organizzazzjoni li tħaddem persuni minn madwar id-dinja, b’reliġjonijiet differenti u kulturi differenti, l-isptar huwa xempju u prova tal-benefiċċji li joħorġu meta individwi minn madwar id-dinja jingħaqdu u jaħdmu flimkien.

L-isptar tenna li m’hemmx lingwa li tifred u m’hemmx kultura li tkisser il-kontribuzzjoni ta’ kulħadd għall-istess għan li jitwassal servizz mill-aħjar għal dawk kollha li jersqu lejn l-isptar.

As a multi-national, multi-faith, multi-cultural organization MDH is living proof of the benefits that arise when…

Posted by Mater Dei Hospital on Tuesday, May 21, 2019