Ritratti: Waqfien mill-ġlied fl-ajruport ta’ Tripli

Il-militanti li qed jissieltu għall-ajruport fi Tripli qablu għal waqfien mill-ġlied wara li l-Gvern Libjan talab lin-Nazzjonijiet Magħquda jintervjeni sabiex l-Istat ma jispiċċax ifalli.
Is-Sindku ta’ Tripli u l-mexxejja tal-militanti qablu li l-ġlied jieqaf u l-kontroll tal-ajruport tal-Kapitali Libjana se jmur f’idejn forzi newtrali.
L-ajruport ilu magħluq mill-Ħadd li għadda meta militanti Iżlamiċi minn Miżurata attakkaw faċilitajiet li matul dawn l-aħħar tliet snin kienu f’idejn il-militanti anti-iżlamiċi minn Zintan.