Ritratti: Vjolini tad-deheb li jiswew 4 miljun dollaru

Vjolini tad-deheb imżejna bir-rubini, żaffiri u d-djamanti.  Dawn huma l-aħħar żewġ vjolini li r-rock band Ingliża Fuse żiedet mal-kollezzjoni tal-vjolini tagħha.

Bil-kollaborazzjoni tad-diżinjatur Ingliż tal-ġojjelli Theo Fennel, Linzi Stoppard u Ben Lee ħolqu u bnew żewġ vjolini ndurati b’deheb ta’ 24 karat.  Hu stmat li kull vjolin jiswa maż-żewġ miljun dollaru amerikan.

Linzi u Ben huma żewġ vjolinisti magħrufa sew fl-Ingilterra.  Fl-2010 Ben Lee rnexxielu jikser rekord tal-iktar vjolinist veloċi fid-dinja billi uża vjolin tat-tip Bridge Aquila.

Ben jista’ jgħid li għandu l-iktar swaba veloċi hekk kif f’59 sekonda, daqq “Flight of the Bumblebee” ta’ Nikolai Rimsky-Korsakov, jiġifieri rnexxielu jagħmel 14-il nota kull sekonda.