Ritratti: Villaġġ ekoloġiku taħt il-baħar

Il-perit Belġjan Vincent Callebaut żvela proġett ambizzjuż li jinvolvi bini ta’ villaġġi ekoloġiċi taħt il-baħar.
Jekk l-istudji juri li dan il-proġett huwa vijabbli mistenni jospita madwar 20,000 resident.
Il-villaġġ hu magħmul minn għadd ta’ gżejjer artifiċjali li huma ppreżentati fil-forma ta’ bram. Il-perit qed jipproponi li jkun mibni minn plastik riċiklat u b’hekk ikun ta’ sostenn għall-ambjent.
Fil-preżentazzjoni tiegħu il-perit qed jipproponi li dan il villaġġ jintuża kemm għax-xjenza kif ukoll għat-turiżmu. B’hekk il-villaġġ ikun jista’ jospita kemm laboratorji xjentifiċi kif ukoll lukandi, uffiċini u żoni għall-isport.
Dan il-proġett għadu fi stadju ta’ kunċett u għalhekk mistennija aktar riċerka dwar dan it-tip ta’ bini.