Ritratti: Victoria Hotspurs jirbħu l-BOV GFA

Victoria Hotspurs irnexxielhom jegħlbu lir-rivali tagħhom Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 3-2, bil-gowl tar-rebħa jasal fit-tieni nofs tal-ħin barrani mingħand Emiliano Lattes. Nadur marru fuq quddiem meta skurjaw iż-żewġ gowls fl-ewwel nofs tal-logħba u kien jidher li l-isforzi ta’ Hotspurs kienu kollha għal xejn.

L-istorja daret meta fit-tieni nofs tal-logħba, Hotspurs skurjaw żewġ gowls u b’hekk il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Hotspurs irnexxielhom jevitaw il-penalties meta rnexxielhom jiskurjaw fl-aħħar għaxar minuti logħob tal-ħin barrani.

Hotspurs kienu ppreżentati t-trofew mill-Uffiċjali ta’ BOV Horace Laudi u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Għawdex, Dr Samuel Azzopardi. Emiliano Lattes rebaħ it-trofew tal-plejer tax-xahar.